“28 Sena Ilu… L-Aqwa Jum U L-Aktar Jum Ferħan Ta’ Ħajti… Għadni Niftakar Kull Sekonda Ta’ Dak Il-Jum.” – Il-Mużiċist Brian Farrugia

Brian Farrugia

Illum jiċċelebra għeluq sninu ġuvni speċjali f'ħajjet il-mużiċist lokali Brian Farrugia. F'dan il-jum, Brian jikteb messaġġ u jaqsam numru ta' ritratti ta' ibnu l-għażiż, waqt li jawguralu.

Hu kiteb li l-4 ta' Awwissu 1998 baqgħet imnaqqxa bħala "l-aqwa u l-aktar jum ferħan ta' ħajti", u żied li għadu jiftakar kull mument ta' dak il-jum meta, fit-20.07 ta' filgħaxija, sar missier għall-ewwel darba.

"28 Sena Ilu... L-Aqwa Jum U L-Aktar Jum Ferħan Ta’ Ħajti... Għadni Niftakar Kull Sekonda Ta’ Dak Il-Jum," jikteb Brian.

Huwa spjega wkoll l-oriġini tal-isem ta' ibnu, fejn qal li "Gilmour kien l-eħfef isem li stajt nagħtik", b'referenza għall-idolu mużikali tiegħu.

"Nawguralek l-isbaħ xewqat, ibni... kompli iddi dejjem," iżid fil-messaġġ. Bosta ħallew kummenti u messaġġi ta' apprezzament fosthom ħbieb, segwaċi u dilettanti tal-mużika, li ngħaqdu biex jawguraw lil Gilmour f'dan il-jum speċjali.

Awguri f'isem it-tim ta' Gwida.mt, Gilmour!

Ritratti:

Facebook/ Brian Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI