Illum Huwa Jum Għeluq Snin L-Attriċi Lokali Nakita Grima – Awguri!

Nakita Grima

Illum huwa jum għeluq snin attriċi u kantanta lokali oħra, Nakita Grima. Lil Nakita rajnieha f'diversi produzzjonijiet televiżivi, b'mod partikolari dawk tal-kumpanija Rikordja, li tifforma anke parti minnha.

Nakita ħadet sehem f'sensiliet popolari bħal D.R.E.A.M.S, Katrina, Sorelle, NOLI, Bizzilla, u dan l-aħħar anke Sigrieti. Apparti minn hekk Nakita rajnieha anke fil-qasam tal-kant, u kienet fuq il-palk tal-Malta Eurovision meta lura fl-2016 kienet waħda mill-backing vocalists ma' Deborah C bil-kanzunetta All Around The World.

Nakita ħadet sehem anke f'Miss Malta fl-edizzjoni 2020/21 bħala Miss Tarxien. Awguri minn qalbna Nakita u nixtiqulek ħafna suċċessi, u kulma tixtieq qalbek! 

Ritratti:

Facebook/ Nakita Grima

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI