“L-Aħjar Li Taħsel Idejk Ta’ Spiss, U Jekk Se Tuża L-Ingwanti ‘Disposable’ Trid Tbiddilhom Ta’ Spiss” – Maria La Barokka Muscat Tfakkarna F’Parir Importanti

ħasil tal-idejn

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat qasmet messaġġ utli fuq il-paġna tagħha fejn enfasizzat l-importanza tal-ħasil tal-idejn.

Spjegat li, minkejja li ħafna nies jagħżlu li jużaw ingwanti li jintużaw darba, biex inaqqsu l-kuntatt mal-mikrobi, dan waħdu mhux biżżejjed.

Jekk l-ingwanti ma jintużawx b'mod korrett jew jintużaw għal perjodu twil, jistgħu xorta jġorru u jxerrdu l-mikrobi.

Fil-messaġġ tagħha, Maria fakkret li l-ħasil tal-idejn bis-sapun u l-ilma jibqa' wieħed mill-aktar modi effettivi biex nipproteġu s-saħħa tagħna.

"L-aħjar li taħsel idejk ta' spiss, u jekk se tuża l-ingwanti 'disposable' trid tbiddilhom ta' spiss inkella xorta se tkun qed tferrex il-mikrobi," tikteb Maria.

Ċertament li kemm-il darba smajna pariri bħal dawn, iżda l-importanti hu li nimxu magħhom fil-ħajja ta' kuljum.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI