Il-paġna MaltaGov ippubblikat filmat fejn jitkellmu żewġ ommijiet li rnexxielhom jinqabdu tqal permezz tal-IVF, u llum il-ġurnata għandhom lil uliedhom.
"Xħin tara dik il-kelma pregnant fuqu hekk, emozzjonijiet kbar... Xahar wara xahar wara xahar u dejjem tipprova, u tkun diżappuntata. Għidt 'din ser tiġri jew le?'," tgħid waħda mill-ommijiet Eleanora Briffa.
"Għandha erba' xhur u għadni ma nistax nemmen," tisħaq l-omm Janice Sant. Dan wara li kienet ħasbet li m'hemmx ċans, u infatti għamlet erba' testijiet biex żgur tkun fiċ-ċert.
MaltaGov jitkbu, "Wara kull statistika hemm storja ta’ tama. L-2025 ġabet magħha riżultati rekord għall-IVF f’Malta, iżda fuq kollox ġabet aktar familji li setgħu jilqgħu tarbija fi ħdanhom."
Ara dan il-filmat fejn hemm spjegazzjoni aktar elaborata ta' dan is-suċċess f'pajjiżna.