“Id-Dar Storika Riħ Id-Deheb Fiż-Żebbuġ Hija Xhieda Tal-Istorja Ta’ Din Il-Grotta Unika, Li Lllum, Hija Wkoll Spazju Ħaj Għall-Arti” – Il-President Tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qasmet parti minn ġurnata impenjattiva tagħha ġewwa Għawdex.

Hi qalet, “F’wieħed mill-isbaħ postijiet f’Għawdex, fejn l-istorja u l-kultura jingħaqdu f’dar għall-artisti u l-ħassieba. Id-dar storika Riħ id-Deheb fiż-Żebbuġ hija xhieda tal-istorja ta’ din il-grotta unika, li lllum, hija wkoll spazju ħaj għall-arti, it-teatru u l-mużika. U post fejn dak li ġie qabilna jkompli jgħix fil-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.”

Żiedet, “L-Ewropa se tkompli tkun ta’ appoġġ għall-inizjattivi kulturali, permezz tal-fondi u l-promozzjoni, ta’ dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI