“11-Il Sena Ilu, Fit-8 t’Awwissu 2015 … Tromba Tal-Arja Fil-Kottonera Kienet Ħasdet Lil Bosta” – It-Temp Madwarna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna tkellmu dwar tromba tal-arja fl-eqqel tas-sajf li seħħet bħal-lum 11-il sena ilu.

Huma qalu, “11-il Sena ilu, fit-8 t’Awwissu 2015. Tromba tal-arja fil-Kottonera kienet ħasdet lil bosta, speċjalment dgħajjes viċin il-Port il-Kbir u lid-dilettanti tal-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, li kellhom biċċa xogħol diffiċli.”

Żiedu jgħidu wkoll, “F’partijiet oħra tal-pajjiż kienet għamlet maltempata bir-ragħad iżolata. Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu rċivew 40 talba għall-għajnuna fi spazju ta’ nofs siegħa biss! Tiftakruh dan l-avveniment fl-eqqel tas-sajf.”

Hawn min għadu jiftakarha?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI