Għada Tibda L-Ġimgħa Ta’ Santa Marija – Se Ġġib Magħha Iżjed Xemx Tiżreġ U Sħana Qalila

Bosta bħalissa jinsabu ħerqana sabiex fil-jiem li ġejjin igawdu l-ġimgħa ta' Santa Marija.

Min jagħżel li jmur xi btala, min jagħżel li jitla' xi erbat ijiem Għawdex u min jagħżel li jqatta' ftit jiem il-baħar igawdi l-eqqel tas-sajf - li hu żgur hu li ħafna f'dawn il-jiem jieqfu xi ftit mill-ħajja mgħaġġla ta' kuljum u jgawdu ftit mal-ħbieb u l-familja.

L-istess bħall-ġimgħat preċidenti, din il-ġimgħa ta' Santa Marija mistennija tkun iddominata minn sħana qalila u xemx tiżreġ, tant li t-temperatura mistennija tkompli tinħass 40°C.

F'dawn il-ġranet il-UV mistenni jilħaq l-għaxar grad u għalhekk il-pubbliku hu mħeġġeġ juża sunblock sabiex jipproteġi lilu nnifsu mix-xemx u jevita li joħroġ bejn 12:00 u 16:00 meta x-xemx tkun l-iżjed qalila.

Ritratti:

Facebook / Malta Weather u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI