Mijiet reħewlha lejn il-Ħamrun dalgħodu sabiex ikunu parti mill-marċ li jsir ta' kull sena tal-festa ta' San Gejtanu.
Sena wara l-oħra, dan il-marċ jattira l-interess ta' bosta minn madwar Malta li jieħdu ħsieb jaħsbulu kmieni nhar il-Ħadd filgħodu ħalli huma wkoll ikunu parti mill-allegrija u l-briju li toħloq il-folla kbira li tinġabar bi ħġarha fit-toroq tal-Ħamrun.
Ritratti u filmati li ttellgħu fuq il-midja soċjali miż-żewġ każini Ħamruniżi wrew il-folla kbira li nġabret u l-atmosfera sabiħa li din ħolqot.
Facebook / Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun – A.D. 1889, Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali u Alex Vella Gregory