Qabel ma ħakmitu l-kundizzjoni tal-ALS, Darren kienet l-hena tiegħu li jbakkar u jmur f'postijiet emarġinati sabiex jippratika d-delizzju tal-kaċċa li għalih kien ifisser kollox.
Illum il-ġurnata, minħabba l-qagħda fiżika li jinsab fiha, Darren ma jistax jippratika din il-passjoni u allura DAR Bjorn, fejn bħalissa jinsab residenti, ħadu ħsieb iħejjulu sorpriża.
Lil Darren laqqgħuh ma' grupp ta' persuni oħrajn li għandhom l-istess delizzju tiegħu. Darren kien fis-seba' sema qed jitkellem magħhom dwar dan id-delizzju li għalkemm m'għadux f'qagħda li jista' jippratikah, xorta waħda għadu għal qalbu.
Id-dilettanti ħadu ħsieb ukoll iħejju tifkira sabiħa li tippermetti lil Darren sabiex iżomm dejjem id-delizzju tal-kaċċa f'qalbu.
DAR Bjorn se tkun qiegħda tagħmel maratona ġbir ta' fondi sabiex jiġu megħjuna persuni oħrajn bħal Darren li qed jiġġieldu din il-kundizzjoni nhar it-30 t'Awwissu.
Facebook / Bjorn Formosa