“Minn Żewġ Barranin Għal Ħajja Flimkien”: Josuel “Elvis” Grech Jiċċelebra R-Raba’ Anniversarju Mas-Sieħba Tiegħu Luana

Il-personalità magħrufa Josuel Grech, magħruf aħjar bħala "Elvis Ta' Malta", għamel post romantiku fuq il-midja soċjali biex jiċċelebra r-raba’ anniversarju mill-ewwel data tiegħu mas-sieħba tiegħu Luana Bugeja. Josuel fakkar kif kollox beda minn kanzunetta waħda, messaġġ wieħed u laqgħa waħda li eventwalment bidlulhom ħajjithom.

Għalkemm f'dan il-jum speċjali jinsab f'Memphis minħabba l-impenji tiegħu, Josuel stqarr li jinsab ħerqan ħafna biex jerġa' lura u jiċċelebraw flimkien. Huwa aċċenna wkoll għall-futur u għall-passi importanti li jinsabu mill-qrib hekk kif bnejna ħajja flimkien, fejn wera l-entużjażmu kbir tiegħu għall-kapitlu li jmiss fir-relazzjoni tagħhom.

Nawguraw lil Josuel u lil Luana ir-raba' anniversarju t-tajjeb u futur mimli mħabba u success!

Ritratti:

Facebook/Josuel Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI