Il-festa ta’ San Ġejtanu fil-Ħamrun kitbet paġna oħra fl-istorja tal-armar f’pajjiżna. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tal-Grupp Armar San Ġejtanu Ħamrun, kien ikkonfermat li l-koppla tal-knisja kisret rekord nazzjonali ġdid meta ġiet armata b’xejn inqas minn 3,100 bozza, l-akbar ammont li qatt sar fuq koppla waħda f’Malta.
Dan il-tragward impressjonanti kien deskritt bħala l-frott u r-riżultat dirett tal-għaqda, id-dedikazzjoni u l-passjoni tal-bosta volontiera li ħadmu bla waqfien u b'entużjażmu kbir biex il-festa tispikka bl-isbaħ mod possibbli. L-armar tal-koppla mill-ġdid qed ikun punt ta' attrattiva u kburija kbira għall-Ħamruniżi kollha u l-dilettanti tal-festi Maltin.
Awguri kbar lill-Grupp Armar San Ġejtanu u lill-volontiera kollha li għamlu dan ir-rekord possibbli!
Facebook/Grupp Armar San Ġejtanu Ħamrun