“Wara 23 Sena, Għadni Nagħżel Lilek” – Dr. Lynn Chircop Faure Tiċċelebra L-Anniversarju Taż-Żwieġ Tagħha!

Dr. Lynn Faure Chircop qasmet messaġġ mill-isbaħ fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-tieġ tagħha ma’ Antoine Faure, hekk kif il-koppja qed tiċċelebra 23 sena ta’ ħajja miżżewġa flimkien.

Fil-messaġġ tagħha lbieraħ, Lynn iddeskriviet din il-ġurnata bħala waħda speċjali, iżda wkoll bħala mument li jfakkarha fl-għażliet li hi u Antoine għamlu tul is-snin. Fost dawn, semmiet b’mod partikolari l-wegħda li dejjem jippruvaw jagħtu l-aqwa verżjoni tagħhom infushom lil xulxin.

Lynn ammettiet li tul 23 sena mhux dejjem kien possibbli li jkunu fl-aqwa tagħhom, hekk kif il-ħajja ġabet magħha diversi sfidi minn kull lat. Kien hemm ukoll ċirkostanzi u kriżijiet ta’ persuni oħra li, b’xi mod jew ieħor, spiċċaw ħallew impatt fuqhom bħala koppja.

Minkejja dan kollu, huma dejjem għażlu li jibqgħu jħaddnu l-istess wegħda u li jaraw kull sfida bħala opportunità biex jerġgħu jsibu lil xulxin.

"Mhux faċli tkun konsistenti għal 23 sena, imma l-kontinwità tar-rispett, imħabba bla kundizzjoni u l-lealtà lejn dak li kkommettejna hija fost l-aqwa valuri li dejjem rajt mingħandek," kitbet Lynn.

Hija temmet il-messaġġ tagħha bi kliem mill-aktar personali indirizzat direttament lejn żewġha, "Antoine Faure, int lili m’għandekx għalfejn tkellimni. Ħarsa waħda minn tiegħek f’għajnejja biżżejjed u qalbi tfakkarni għalfejn fl-2003 għażilt lilek."

Awguri mill-qalb lil Lynn u Antoine f’dan l-anniversarju speċjali!

Ritratti:

Facebook / Dr Lynn Chircop Faure

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI