Abbatini Għawdxin Jiltaqgħu Mal-Papa Ljun XIV Ġewwa L-Vatikan

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Diocese of Gozo qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ qasir hekk kif grupp abbatini Għawdxin kellhom l-opportunita jiltaqgħu mal-Papa Ljun XIV.

Huma qalu, “Wara li s-Sibt li għadda kellhom il-Vestizzjoni mill-Kardinal Mario Grech, illum l-abbatini Għawdxin li qed jagħtu servizz fil-Vatikan kellhom ix-xorti li fi tmiem l-Udjenza ġenerali jiltaqgħu mal-Q.T. il-Papa Ljun XIV u jieħdu ritratt tal-okkażjoni miegħu. Minħabba s-sħana, l-Udjenza nżammet fil-Bażilika ta' San Pietru, u fi tmiemha l-Papa sellem ukoll fost l-oħrajn lill-grupp Malti preżenti.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI