Din il-ġimgħa kienet waħda speċjali għall-attriċi u preżentatriċi tant maħbuba Eileen Montesin u żewġha Mark, hekk kif iċċelebraw it-13-il anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Eileen għażlet li tfakkar dan it-tragward billi taqsam messaġġ fuq Instagram, fejn tkellmet b’mod sinċier dwar il-vjaġġ tagħhom bħala koppja tul dawn is-snin.
"13-il sena ta’ żwieġ. Vjaġġ b’tlugħ u nżul, iżda rnexxielna naslu s’hawn. Grazzi Mulej," kitbet Eileen. Fi ftit kliem, Eileen irrikonoxxiet li l-ħajja flimkien mhux dejjem tkun faċli u li tul is-snin kien hemm kemm mumenti sbieħ kif ukoll oħrajn aktar diffiċli. Madankollu, flimkien irnexxielhom ikomplu mexjin u llum qed jiċċelebraw 13-il sena ta’ żwieġ.
Żgur li tul dawn is-snin Eileen u Mark ħolqu ħafna memorji flimkien, u dan l-anniversarju huwa okkażjoni oħra biex jiċċelebraw il-mixja u l-imħabba tagħhom. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Eileen u Mark anniversarju mill-isbaħ u ħafna aktar snin ta’ mħabba, hena u memorji sbieħ flimkien. Awguri!
Instagram / Eileen Montesin