Programm Ġdid Fuq NET Television – Lisa U Daniel Se Jippreżentaw Kitchen KO!

Minn Ottubru li ġej, NET Television se jkun qed iniedi programm ġdid tat-tisjir bl-isem Kitchen KO, ippreżentat minn Lisa u Daniel. Il-programm se jkun kompetizzjoni maħsuba għal dawk li jħobbu jsajru, iżda li mhumiex koki professjonali. Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità juru l-ħiliet tagħhom fil-kċina permezz ta’ diversi sfidi.

Matul il-kompetizzjoni se jiltaqgħu ma’ ingredjenti mhux mistennija u sitwazzjonijiet differenti li se jittestjaw il-kreattività, il-ħeffa u l-abbiltà tagħhom li jaħsbu malajr taħt pressjoni. Min jirbaħ Kitchen KO se jingħata voucher ta’ €2,500 mingħand Brittania Tours, filwaqt li min jikseb it-tieni post se jirbaħ voucher ta’ €1,000.

Dawk interessati li jkunu parti minn din l-esperjenza jistgħu japplikaw minn issa permezz tas-sit ta’ NET On Demand.

Ritratti:

Facebook / NET Television

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI