Joven Grech, magħruf ukoll bħala Tenishia, ilbieraħ wassal messaġġ mill-isbaħ fl-okkażjoni ta’ għeluq l-14-il sena ta’ ibnu l-kbir, Mason.
Joven irrakkonta kif fl-2012 kien jaf li d-data mistennija għat-twelid ta’ Mason kienet se tkun madwar it-tieni ġimgħa ta’ Awwissu. Minħabba l-impenji tiegħu bħala DJ internazzjonali, huwa kien talab lill-aġent tiegħu biex jorganizzalu spettaklu f’Melbourne f’dawk il-jiem, sabiex ikun viċin.
Dakinhar tat-twelid, malli spiċċa s-sett tiegħu f’Room 680, Joven telaq minnufih lejn l-isptar fi Frankston u rnexxielu jasal fil-ħin biex jilqa’ lill-ewwel iben tiegħu fid-dinja.Joven fakkar ukoll li l-istorja kienet dehret fuq DJ Mag flimkien mal-klassifika tiegħu fit-Top 50 ta’ dik is-sena. Huwa spjega kif dak iż-żmien kellu jippjana b’attenzjoni kbira sabiex isib bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-vjaġġi internazzjonali marbuta mal-karriera tiegħu.
Erbatax-il sena wara, Joven ma setax ikun aktar kburi b’ibnu u bil-ġuvni li qed isir.“Happy birthday, Mason!” temm jgħid il-missier kburi.
Facebook/ Joven Grech