“Minn Ċkunithom Għandna Ngħallmuhom Li Kull Annimal Jistħoqqlu L-Imħabba U R-Rispett” – Is-Segretarju Paralamentari Alicia Bugeja Said

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qasmet messaġġ mill-isbaħ fuq il-paġna uffiċjali tagħha fejn iddeskriviet l-esperjenza ta’ bintha Margaux waqt attività ġewwa Skola Sajf

Permezz ta’ dan il-messaġġ, Alicia saħqet dwar l-importanza li sa minn età żgħira t-tfal għandhom jitgħallmu jħobbu u jirrispettaw lill-annimali.“Minn ċkunithom ngħallmuhom li kull annimal jistħoqqlu l-imħabba u r-rispett,” kitbet Alicia.

Hija ddeskriviet l-attività bħala waħda “tassew sabiħa u li fissret ħafna” għal Margaux u spjegat kif esperjenzi żgħar bħal dawn jistgħu jgħinu lit-tfal jikbru b’aktar imħabba u rispett lejn l-annimali. Fuq kollox l-ewwel tagħlim u valuri jibdew mill-familja.

Dan il-messaġġ juri kif dawk il-valuri l-aktar kruċjali (f’dan il-każ lejn l-annimali) jagħmlu differenza pożittiva meta jibdew jitrawmu sa minn età żgħira. 

Ritratti:

Facebook/ Alicia Bugeja Said

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI