Illum Il-Kanzunetta Popolari ‘Dancing Queen’ Tal-ABBA Tagħlaq 50 Sena!

Ħamsin sena ilu, il-grupp Żvediż tal-mużika pop ABBA ħareġ is-single ‘Dancing Queen’. Din il-kanzunetta laħqet l-ewwel post fil-klassifiki ta’ 15-il pajjiż, mill-Awstralja sal-Istati Uniti, u min-Norveġja sal-Afrika t’Isfel.

Ħames deċennji wara, għadha tinstema’ ta’ spiss fuq ir-radju, tindaqq fil-clubs u bars, titkanta b’entużjażmu fuq il-palk, titkanta waqt xi karaoke, u tintuża għaż-żfin fir-riċevimenti tat-tiġijiet.

‘Dancing Queen’ hija kanzunetta importanti għall-grupp ABBA. Filwaqt li kienu qed isiru popolari fl-Ewropa bis-saħħa tar-rebħa tagħhom fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Waterloo’, huma kienu għadhom ma kisbux popolarità fuq livell globali, speċjalment fl-Istati Uniti. ‘Dancing Queen’ kienet il-kanzunetta li telgħet fl-ewwel post tal-klassifiki madwar id-dinja u kkonsolidat is-suċċess tal-grupp fuq livell globali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI