Illum huwa għeluq snin ir-Reġina tal-Pop Madonna. Madonna twieldet f’Michigan fis-16 t’Awwissu fl-1958. Fl-1982, Madonna ħarġet l-ewwel kanzunetta tagħha bl-isem ta' 'Everybody', u minn dak iż-żmien 'l hawn, saret l-akbar u l-aktar kantanta famuża ta' kull żmien.
Magħrufa għall-istil artistiku u provokattiv tagħha, Madonna ħarġet diversi suċċessi mużikali matul aktar minn 40 sena. Fost dawn is-suċċessi nsibu Like A Virgin, Papa Don't Preach, Live To Tell, La Isla Bonita, Vogue, Erotica, Ray of Light, Music, Hung Up, 4 Minutes u Girl Gone Wild.
Madonna saret it-tieni kantanta fid-dinja li kellha kanzunetta fil-quċċata tal-klassifiki f’ħames deċennji differenti, wara Kylie Minogue; li magħha, Madonna kantat f’duet għal verżjoni remix tal-kanzunetta Love Sensation, meħuda mill-album ta’ Madonna li ħareġ f’Lulju ta’ din is-sena Confessions II.