Sfortunatament, l-istaġun fejn l-ifkieren ibejtu għal din is-sena ntemm b’riżultati diżappuntanti. Il-fkieren ma bejtux din is-sena. Nature Trust tkellmet dwar dan fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.
“Din kienet sena diffiċli,” qalu huma. “Is-sens ta’ konfużjoni meta tara fekruna tħaffer il-ħofra għall-bajd iżda ma tbid l-ebda bajda, minkejja li tibqa’ bilqiegħda fuq il-ħofra għal sagħtejn sħaħ. Il-frustrazzjoni li tara fkieren konfużi jitilgħu fuq il-blat jew fuq bajjiet mimlija nies – postijiet fejn qabel ma kienx ikun hemm attività – biex imbagħad isibu nies jimblukkawilhom triqithom.”
Il-voluntiera għamlu sigħat twal jimmonitorjaw il-bajjiet u se jkomplu jagħmlu dan sa tmiem ix-xahar ta’ Awwissu, f’każ li tinstab xi bejta li saret tard.
“Din is-sena wrietna li ma nistgħu nieħdu xejn bħala fatt. Il-fatt li kellna tal-inqas bejta waħda kull sena ma jfissirx li dan huwa garantit.”
Facebook / Nature Trust FEE Malta