“Residenta Ġibditli L-Attenzjoni Għal Inċident Inkwetanti Fl-Għadira” – Is-Sindku Tal-Mellieħa Gabriel Micallef

Ilbieraħ fuq il-midja soċjali rajna filmat xokkanti ta’ mara u raġel jikkonfrontaw raġel ieħor li ken jieħu filmat tat-tarbija li kienet qed tbiddel. Is-sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef tkellem dwar dan l-inċident.

“Illum residenta ġibditli l-attenzjoni għal inċident inkwetanti fil-Għadira, fejn allegatament persuna kienet qed tiffilmjaha waqt li kienet qed tbiddel lit-tarbija tagħha. Offrejt l-għajnuna tiegħi u nifhem li sar rapport mal-Pulizija,” hu kiteb.

“Ħadd m’għandu jħoss biża’ jew skumdità f’post pubbliku. Għandi fiduċja li l-Pulizija dedikati tagħna jsegwu l-każ u jieħdu l-azzjoni meħtieġa. Fl-aħħar mill-aħħar, preżenza viżibbli u kontinwa tal-uffiċjali tibqa’ deterrent importanti. Aktar preżenza fil-Għadira u madwar il-lokalità kollha tagħmel differenza. U għal min jaħseb li jista’ jaġixxi b’dan il-mod, il-messaġġ huwa ċar… se nkomplu nimbuttaw għal aktar infurzar u azzjoni. Imġiba bħal din ma tirrappreżentax il-valuri tal-komunità tagħna.”

Ritratti:

Facebook / Gabriel Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI