F’jum speċjali mimli ġenerożità u altruiżmu, l-għaqda Puttinu Cares tat tislima mill-qalb lil Noel Xuereb, magħruf bħala 'Ta’ Susina', hekk kif qed jiċċelebra l-55 sena tiegħu.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Puttinu Cares fakkret kif Noel ilu għal dawn l-aħħar 16-il sena jżomm tradizzjoni nobbli u konsistenti, dik li kull nhar ta’ Ħadd jipprovdi pizza b’xejn lit-tfal u l-pazjenti li jinsabu fir-Rainbow Ward. Anke fil-jum ta’ għeluq sninu stess, Noel għażel li jiċċelebra bil-mod uniku tiegħu, billi jpoġġi l-bżonnijiet ta’ ħaddieħor l-ewwel u jkompli jferraħ lil min hu fil-bżonn.
Puttinu Cares irringrazzjat lil Noel tal-qalb kbira, tal-appoġġ kontinwu lejn il-familji u l-istaff, u tal-fatt li b'ġesti sempliċi iżda sinifikanti jirnexxielu jġib tbissima fuq fomm dawk li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli.
Nawguraw lil Noel l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu, flimkien ma’ ħafna saħħa, hena u risq għall-futur!
Facebook/Puttinu Cares