Illum iċ-ċkejkna Faith tagħlaq 7 snin. Faith ilha għal dawn l-aħħar snin isservi ta' ispirazzjoni għal bosta fuq il-midja soċjali minħabba r-reżiljenza u d-determinazzjoni li hi dejjem turi minkejja l-kundizzjoni tad-down syndrome.
F'jum għeluq sninha, il-ġenituri tagħha fissru fuq il-midja soċjali kemm huma kburin b'binthom u ddeskrivewha bħala "l-iżjed tisfira pura u ġenwina li għandha ħajjithom".
Il-ġenituri spjegaw kif binthom tispikka b'mod uniku minn kulħadd minħabba l-ġenwinità li dejjem turi kif ukoll il-karattru simpatiku u ferrieħi li dejjem iġġorr magħha.
"Kemm indumu ħajjin se nħobbuk kemm nistgħu u nappoġjawk f'kull ħolma li jkollok," saħqu l-ġenituri li dejjem kienu ta' spalla għaċ-ċkejkna matul ħajjitha fl-isfidi kollha li hi kellha taffaċja.
Awguri, Faith!
Facebook / Up & Up with Faith