“Ix-Xelter Tagħna Għadu Mimli Bil-Klieb, Għalhekk Jekk Qed Tfittex Kelb Ta’ Razza, Daqs Jew Karattru Partikolari, Agħmel Kuntatt Magħna” – Animal Welfare Gozo

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo qalu li x-xelter tagħhom jinsab mimli bil-klieb fejn għandhom tipi differenti ta’ klieb. Dawk li qed ifittxu biex jadottaw xi kelb, għandhom verament jikkunsidraw jagħmlu kuntatt magħhom.

Qalu, “Grazzi lil kull min għamel kuntatt magħna rigward l-adozzjoni ta’ Papaya! Wara li rajna l-applikazzjonijiet kollha, sibna dik li nemmnu li hija l-aktar familja adattata għaliha. Ninsabu kuntenti ħafna li fi tmiem din il-ġimgħa Papaya marret mal-familja l-ġdida tagħha biex tibda l-perjodu ta’ prova fid-dar il-ġdida.”

Żiedu, “Ix-xelter tagħna għadu mimli bil-klieb, għalhekk jekk qed tfittex kelb ta’ razza, daqs jew karattru partikolari, agħmel kuntatt magħna. Aħna ser ngħinuk issib il-kelb li l-aktar jaqbel mal-istil ta’ ħajja tiegħek. Għal kull kelb hemm il-familja t-tajba li qed tistennieh. Adotta, tixtrix. U grazzi talli qed tagħtu ċans lill-klieb tagħna jsibu familja li tħobbhom!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI