Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Saħħa qasmu mas-segwaċi tagħhom avviż importanti. Bdew billi qalu, “Għada (it-Tnejn) filgħaxija, se nibdew il-proġett tat-tkabbir tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.”
Żiedu wkoll jgħidu, “Id-dħul għall-Emerġenza se jibqa' l-istess - segwi t-tabelli. Segwi l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fid-daħla tal-Emerġenza. Jekk m’intix ċert id-diffikultajiet tiegħek humiex emerġenza, ċempel 1400 u nidderiġuk fejn l-aħjar tmur biex tieħu l-kura malajr u b'mod sigur.”
Grazzi tal-informazzjoni u nħeġġu lil dawk kollha li ser jagħmlu użu mis-servizz tal-emerġenza biex jieħu nota.
Partit Nazzjonalista – Tarxien