“Iż-Żmien Jgħaddi, Imma Jibqa’ L-Wirt Li Persuna Tħalli Warajha” – Lawrence Buontempo B’Messaġġ Ħelu, Lejn Dan Il-Personaġġ, Li Sena Ilu Ħalliena

Għaddiet sena minn meta l-poplu sellem lil Charles, iżda minkejja li għadda ż-żmien, il-memorja tiegħu għadha ħajja u l-wirt li ħalla warajh ikompli jiġi meqjus.

Lawrence Buontempo, fakkar lil Charles sena wara t-telfa tiegħu, b’messaġġ li juri kemm il-ħidma u t-talent ta’ persuna jistgħu jibqgħu jgħixu anke wara li din tħallina, tant li kiteb hekk: “Għaddiet sena minn meta sellimna lil Charles. Iż-żmien jgħaddi, imma jibqa’ l-wirt li persuna tħalli warajha.”

Charles jibqa’ mfakkar b’mod partikolari permezz tax-xogħlijiet artistiċi tiegħu, li matul is-snin żejnu u żewqu l-ħajja ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ. Permezz tat-talent u l-imħabba tiegħu lejn l-arti, irnexxielu jħalli marka li tibqa’ tidher u tiġi apprezzata.

Għaldaqstant, il-wirt, ma kienx biss dak li ħalla warajh f’xogħlijiet konkreti imma l-imħabba tiegħu lejn l-arti kienet xi ħaġa li għaddiet ukoll minn persuna għal oħra. B’xogħlu, huwa ispira lil ħafna nies u wassal biex l-arti tkompli tgħaddi għand ġenerazzjonijiet oħra. B'hekk il-passjoni tiegħu ma spiċċatx miegħu, iżda kompliet tikber u tiffjorixxi warajh.

“Memorja sabiħa u legat li jibqa’,” qal Buontempo, qabel temm il-messaġġ tiegħu bi kliem sempliċi iżda sinifikanti: “Strieħ fis-sliem, Charles.”

Ritratti:

Ritratt: Viktoria Nikolla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI