“Ħallejtilna Leħnek – Parti Minnek Li Għadha Tgħix Fina Lkoll” – Charlotte Bartolo, Bint Il-Mibki Sammy Bartolo

llum huwa jum ta’ tifkira għall-familja tal-mibki kantant Sammy Bartolo, hekk kif bintu Charlotte Bartolo fakkret lil missierha f’għeluq sninu b’messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni.

"Happy birthday fis-smewwiet, missier. Ħallejtilna tant memorji sbieħ, iżda fuq kollox ħallejtilna leħnek – parti minnek li għadha tgħix fina lkoll," kitbet Charlotte f’dedikazzjoni lil missierha. Sammy Bartolo jibqa’ isem għażiż fix-xena mużikali Maltija, b’vuċi li tatna diversi kanzunetti klassiċi li għadhom imfakkra u mismugħa sal-lum. Permezz tal-mużika tiegħu, il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja mhux biss fost il-familjari u dawk li kienu jafuh mill-qrib, iżda wkoll fost dawk li kibru jisimgħu l-kanzunetti tiegħu.

Il-kliem ta’ Charlotte jiġbor proprju dan is-sentiment, li filwaqt li l-assenza ta’ missierha tibqa’ tinħass, il-vuċi tiegħu hija wirt li ma jintilifx u li se jibqa’ jfakkar lil tant nies fit-talent tiegħu. F’dan il-jum, ningħaqdu ma’ Charlotte u l-familja tagħha biex infakkru lil Sammy Bartolo u l-mużika sabiħa li ħallielna.

Ritratti:

Facebook / Joseph Fenech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI