Illum il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu, GO qed tniedi Freedom Fridays, kompetizzjoni ġdida ta’ kull ġimgħa li se tagħti lill-klijenti eliġibbli ta’ GO Freedom Plus u Freedom Plus Youth iċ-ċans li jirbħu premjijiet mill-aqwa. Kull nhar ta’ Ġimgħa se jitħabbar premju ġdid, bil-parteċipanti jkollhom sa 23:59 tal-Ħadd tal-istess ġimgħa biex jidħlu fil-kompetizzjoni. Dan ifisser li kull ġimgħa ġġib magħha opportunità kompletament ġdida biex tirbaħ!
L-ewwel premjijiet żgur li se jiġbdu l-attenzjoni. Matul l-ewwel ħames ġimgħat, se jkun hemm ċans li jintrebħu MacBook Neo, Xiaomi TV flimkien ma’ soundbar b’xejn, Nintendo Switch 2 ma’ Mario Kart, Roborock Qrevo798 Robot Vacuum Cleaner, kif ukoll Galaxy Watch Ultra.
Iżda mhux se jkun hemm rebbieħ wieħed biss! Kull ġimgħa, disa’ rebbieħa oħra se jingħataw il-kont li jmiss tagħhom ta’ Freedom Plus b’xejn.
Kif Tista’ Tieħu Sehem?
Il-proċess huwa sempliċi ħafna. Il-klijenti eliġibbli jridu jiftħu l-GO app, jidħlu fit-tab Offers kull nhar ta’ Ġimgħa u jimlew formola qasira biex jieħdu sehem. Bi premju differenti kull ġimgħa, tajjeb li tagħmilha drawwa li kull nhar ta’ Ġimgħa tiċċekkja x’hemm ġdid. Id-dettalji dwar Freedom Fridays se jkunu disponibbli wkoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ GO.
Għadek M'Intix Fuq Freedom Plus?
Jekk m’intix abbonat ma’ GO Freedom Plus jew Freedom Plus Youth, dan jista’ jkun il-mument ideali biex tingħaqad speċjalment jekk ma tridx tibqa’ tara lil ħaddieħor jieħu ċ-ċans tiegħu għal dawn il-premjijiet ġimgħa wara ġimgħa! Bħalissa, il-klijenti jistgħu jiksbu GO Freedom Plus b’xejn għall-ewwel sitt xhur meta jieħdu abbonament ta’ 24 xahar. Wara l-ewwel sitt xhur, il-pjan jiswa €30.99 fix-xahar.
GO Freedom Plus jinkludi data lokali bla limitu, 80GB ta’ roaming data f’Zone 1, 2GB ta’ roaming data f’pajjiżi magħżula barra mill-UE, minuti lokali bla limitu u SMS bla limitu. Il-klijenti jibbenefikaw ukoll minn abbonament Cloudigo Premium b’xejn, roħs ma’ Klikk, VJ Salomone Marketing u The Eden, fost benefiċċji oħra.
Għal dawk li għandhom 27 sena jew inqas, hemm ukoll GO Freedom Plus Youth. Dan ukoll qed jiġi offrut b’xejn għall-ewwel sitt xhur ma’ abbonament ta’ 24 xahar, u wara jiswa €20.99 fix-xahar, bl-istess benefiċċji msemmija hawn fuq. Għalhekk, minn din il-Ġimgħa, tinsiex tiftaħ il-GO app u tiċċekkja t-tab Offers. Premju ġdid, rebbieħa ġodda u ċans ieħor kull ġimgħa, għax ma tkunx trid li l-Ġimgħa li taqbeż tkun proprju dik li fiha kien hemm il-premju li xtaqt!
Freedom Fridays jibda llum il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu. Skopru iktar billi tidħlu hawn: Freedom Fridays | Win Weekly Prizes with Freedom Plus | GO Segwu go.com.mt on IG u FB biex taraw il-premji ta' kull ġimgħa!