Aħbar Tajba Għal Louie – Inġabru Biżżejjed Fondi Biex Isirlu L-Operazzjoni

Aħbar pożittiva dwar Louie, hekk kif grazzi għall-ġenerożità ta’ dawk kollha li taw id-donazzjoni tagħhom, issa nġabru biżżejjed fondi biex isirlu l-intervent li għandu bżonn. Francesca Galea qasmet dan l-aġġornament fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzjat lil kull min għen u kkontribwixxa s’issa.

"Grazzi għall-qalb tajba u d-donazzjonijiet tagħkom, ġbarna biżżejjed fondi biex Louie jkun jista’ jagħmel l-operazzjoni tiegħu," kitbet Francesca. Hija spjegat li żaritu u li diġà jidher li sejjer aħjar, iżda saħqet li għad fadal triq twila quddiemu. Għaldaqstant, l-appell għall-għajnuna għadu għaddej hekk kif hemm bżonn aktar fondi biex ikopru ż-żmien li Louie se jqatta’ l-isptar kif ukoll il-mediċini meħtieġa.

Francesca appellat biex dawk li jistgħu jkomplu jaqsmu l-appell u jagħtu d-donazzjoni tagħhom, filwaqt li saħqet li kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira, tista’ tagħmel differenza. Nittamaw li l-operazzjoni ta’ Louie tkun suċċess u nawgurawlu fejqan sħiħ u ta’ malajr.

Ritratti:

Facebook / Francesca Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI