Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said għadha kif ħabbret fuq il-midja soċjali li lbieraħ, hi u żewġha, laqgħu f'din id-dinja lit-tarbija tagħhom Maelle. Dan wara li xi xhur ilu hi żvelat li kienet qiegħda tistenna t-tieni tarbija tagħha.
"Qalbna mimlija mħabba u gratitudni bħalissa," stqarret is-Segretarju Parlamentari fl-isfond ta' dan il-mument tant sabiħ u speċjali f'ħajjithom.
Fi Frar tal-2023, is-Segretarju Parlamentari kienet welldet lill-ewwel tarbija tagħha - lil Margaux - li llum il-ġurnata għandha tlett snin.
Nawguraw lil Alicia Bugeja Said u lil żewġha f'dan il-mument tant speċjali f'ħajjithom!
Facebook / Alicia Bugeja Said