Turist Jitlef Ħajtu Wara Li Laqtitu Sajjetta Waqt Li Kien Tiela’ L-Vulkan Etna Bil-Mixi

Nhar il-Ħadd li għadda, turist Amerikan tilef ħajtu wara li laqtitu sajjetta waqt li kien tiela' l-vulkan Etna bil-mixi.

Il-midja barranija rrappurtat kif fil-pront il-pumpiera Taljani intervjenew u ġabru lit-turist ta' 30 sena minn fuq il-vulkan. Dak il-ħin, qalbu kienet diġà waqfet tħabbat.

Billi xorta kien għad fadal tama li t-turist jiġi salvat, il-pumpiera Sqallin, f'tellieqa kontra l-ħin, ħaduh jiġru fi sptar f'Katanja iżda sfortunatament kien tard wisq għaliex it-turist Amerikan ta' 30 sena ġie ddikjarat bla ħajja.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-vulkan Etna żbroffa kemm-il darba u dan ikkawża mhux biss għadd kbir ta' titjiriet sabiex jittardjaw, jew agħar minn hekk, jiġu ikkanċellati, iżda wkoll diversi turisti avventurużi sabiex jitħajru jżuru dan il-vulkan. Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet Sqallin illimitaw sostanzjalment l-aċċess għal dan il-vulkan.

Sors: BBC

Ritratti:

Facebook / WTOC-TV u Etna Walk

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI