Antonia tispjega kif hi u oħtha trabbew f'istituti differenti u għalhekk fi tfulithom dejjem kienu mifrudin. Tirrakkonta għaldaqstant kemm kien sabiħ u mimli eċitament il-mument meta ltaqgħet għall-ewwel darba ma' oħtha Tessie.
"Niftakarni ngħidilha, 'jien oħtok! M'għadekx waħdek, issa'," tirrakkonta Antonia li tiftakar kif it-tnejn li huma f'dak il-waqt infexxu jibku bil-ferħ.
Snin wara, Antonia reġa' kellha tinfired minn ma' oħtha Tessie wara li l-psikjatra ssuġġerielha li jkun aħjar għal oħtha li tiġi ssorveljata 24 siegħa kuljum, u kien għalhekk li daħluha f'Dar Nażareth fejn sabet familja ġdida li lesta tħobbha u tieħu ħsiebha.
Antonia tistqarr li l-mument meta reġgħet infirdet minn ma' oħtha u daħlitha f'Dar Nażareth kien wieħed diffiċli u emozzjonanti. "Imbagħad, bdejt niġi nżurha regolarment u nqatta' ħafna ħin ħdejha... eventwalment, anke jiena kont inħossni qisni qiegħda d-dar u kont immur hemmhekk imdejqa u nitlaq ferħana," tispjega Antonia.
Il-ħaddiema dedikati li jaħdmu f'Dar Nażareth isemmu kif "ir-residenti jgħixu qishom huma parti minn familja".
Fondazzjoni Nażareth se tagħmel maratona ġbir ta' fondi nhar il-5 ta' Settembru mill-11:00 sal-23:00.
Facebook / Fondazzjoni Nazareth