Mill-ħarifa li ġejja, ONE se jkun qed iwassal produzzjoni ġdida ta’ Kavallier Entertainment bl-isem Xutt u Gowl, storja li se tieħu lit-telespettaturi fid-dinja ta’ Ħal Birkun FC u tan-nies li jduru ma’ dan il-klabb.
Iżda minkejja li l-futbol jinsab fiċ-ċentru tal-istorja, mhux kollox se jdur ma’ dak li jiġri fil-grawnd. Wara l-kwinti hemm dinja ferm aktar ikkumplikata, fejn se naraw diversi karattri u r-relazzjonijiet ta’ bejniethom jiżviluppaw.
Intriċċi, relazzjonijiet, manipulazzjoni u sitwazzjonijiet mhux mistennija huma fost l-elementi li se jsawru din l-istorja ġdida. Xutt u Gowl se jkun parti mill-iskeda l-ġdida ta’ ONE għall-ħarifa, u żgur li se jkun interessanti niskopru x’hemm moħbi wara Ħal Birkun FC.
Facebook / XUTT U GOWL