Attenti Hekk Kif L-Ilma Tal-Baħar Jista’ Jkun Perikoluż Għall-Klieb Jekk Jixorbu Wisq Minnu!

F’dawn ix-xhur tas-sajf, huma ħafna fost dawk li jieħdu lill-klieb il-baħar biex huma wkoll igawdu ġurnata barra u xi għawma tajba. Madankollu, Animal Welfare Malta qed twissi dwar periklu li s-sidien għandhom ikunu konxji minnu.

F’kitba fuq il-paġna uffiċjali, Animal Welfare Malta spjegat li l-ilma tal-baħar jista’ jkun perikoluż għall-klieb jekk jixorbu wisq minnu. Fost is-sintomi ta’ avvelenament mill-ilma baħar li wieħed għandu joqgħod attent għalihom hemm bżieq eċċessiv, dgħufija, rimettar u dijarea.

Animal Welfare Malta twissi wkoll dwar sintomi aktar serji li jeħtieġu għajnuna veterinarja. Dawn jinkludu konvulżjonijiet, nuqqas ta’ koordinazzjoni, rata tal-qalb mgħaġġla u deni għoli. Għalhekk, meta tieħdu lill-kelb magħkom il-baħar, importanti li żżommu għajnejkom fuqu u tippruvaw tevitaw li jixrob ammonti kbar ta’ ilma mielaħ. Tajjeb ukoll li dejjem ikollkom ilma frisk disponibbli għalih speċjalment fil-ġranet sħan tas-sajf.

Jekk tinnotaw xi wieħed minn dawn is-sintomi wara li l-kelb ikun għamel xi ħin fil-baħar, importanti li tfittxu għal parir mingħand veterinarju.

Ritratti:

Facebook/ Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI