Lelio spiteri huwa l-kap tal-iskola f'Għawdex maħbub minn bosta fuq il-midja soċjali. Ta’ spiss jappella għat-talb għan-nies li jkunu se jagħmlu intervjent mediku, u lbieraħ ġara dan.
Lelio kien kiteb biex nitolbu għal persuna li kellha intervent mediku. L-intervent sarilha u f'aħbar pożittiva Lelio kiteb, "Ftit ilu tlabna għall-persuna li kienet Londra. L-operazzjoni rnexxiet. Grazzi tat-talb tiegħek."
Bla dubju s-segwaċi ta' Lelio ħadu pjaċir bl-aħbar u wrew appoġġ kontinwu. Prosit lil Lelio li dejjem jurina xi tfisser li taħseb fl-oħrajn!