Il-paġna tal-Facebook Parroċċa Manikata, kitbet post mill-isbaħ hekk kif waqt BBQ ilbieraħ, ġrat xi ħaġa speċjali.
“Ilbieraħ, waqt il-BBQ annwai koorganizzat mal-Għawda San Ġużepp Manikata, iċċelebrajna għeluq snin Tania Vella, il-moderatriċi tal-KPP tagħna,” huma kitbu. “Però din is-sena kien mument aktar speċjali, hekk kif Alain Micallef talab lil Tania biex tiżżewġu!”
“Nifirħulhom minn qalbna u nawgurawlhom l-isbaħ barkiet mis-sena hekk kif jibdew din il-mixja ġdida flimkien. Tania, grazzi tas-sagrifiċċji kbar u tal-ħin li kontinwament tagħti lill-Parroċċa tagħna.”
Facebook / Parroċċa Manikata