Ftit tal-jiem ilu ħareġ it-trailer tar-raba’ staġun ta’ Monster - serjera antoloġika fejn kull staġun jiffoka fuq qattiel differenti.
Fl-ewwel staġun segwejna l-istorja ta’ Jeffrey Dahmer, fit-tieni rajna lill-aħwa Menendez u fit-tielet segwejna l-istorja ta’ Ed Gein. Din is-serje kienet waħda mill-aktar popolari fuq Netflix inkluż f’Malta.
Issa r-raba’ staġun se nsegwu l-istorja ta’ Lizzie Borden, li fl-1892 kienet suspettata li qatlet membri tal-familja tagħha b’mannara. F’dan l-istaġun se jkun hemm xeni lejn l-aħħar tad-disgħinijiet fejn niltaqgħu mal-qattiela Aileen Wournos.
Dan l-istaġun se jkun fih l-atturi Rebecca Hall, Charlie Hunnam, Vicky Krieps u Sarah Paulson fost oħrajn.
Netflix