Wara 34 Sena Ta’ Servizz, Patri Ray Bonnici Jirtira Minn Kappillan Tal-Korp Tal-Pulizija 

Wara 34 sena ta’ servizz, Patri Ray Bonnici rtira mill-irwol tiegħu bħala Kappillan tal-Korp tal-Pulizija, wara snin twal li fihom kien ta’ għajnuna għal bosta nies li ġew fi bżonn.

Is-Simon Schembri Blue Light Foundation sellmet lil Patri Ray u rringrazzjatu pubblikament għall-ħidma kontinwa tiegħu matul dawn is-snin. Il-Fondazzjoni ddeskrivietu bħala patri li dejjem kien kapaċi jifhem lil ħaddieħor u bħala persuna ħabrieka li tul il-karriera tiegħu għamel ħafna ġid.

Fakkret ukoll kif mhux darba jew tnejn kien ikun preżenti fuq il-post ta’ xi inċident, sabiex ikun qrib dawk li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli.

“Insellmulek Fr. Ray u nawgurawlek l-isbaħ u l-aħjar futur,” temmet tgħid il-Fondazzjoni fil-messaġġ tagħha.

Ritratti:

Facebook/ Simon Schembri Blue Light Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI