Il-pubbliku hu mfakkar li fil-31 t'Awwissu ser tkun qed issir quddiesa b'sufraġju ta' Dun Ang Seychell, il-fundatur ta' Fondazzjoni Nazareth. Dun Ang ħa jagħlaq sentejn minn meta ħalliena.
"31 ta' Awwissu - sentejn minn meta tlifna lill-fundatur għażiż tagħna, Dun Ang Seychell. Il-viżjoni, id-determinazzjoni w l-imħabba tiegħek lejn il-persuni b’diżabilità għadhom jgħixu f’kull dar, f’kull resident u f’kull persuna li tifforma parti mill-Fondazzjoni Nazareth."
Il-Fondazzjoni tkompli tikteb, "Se nkunu qed infakkruk b’qalb mimlija gratitudni u nkomplu l-missjoni li int bdejt b’tant imħabba u dedikazzjoni. Għal dejjem f’qalbna. Għal dejjem parti mill-familja ta' Fondazzjoni Nazareth. Il-memorja tiegħek tibqa’ ħajja fina u fil-ħidma li bdejt int."
Kulħadd mistieden li jattendi għal din il-quddiesa fil-Knisja tas-Salvatur, iż-Żejtun fil-17:00. Insellmu l-memorja ta' Dun Ang.