F’kitba sinċiera fuq Facebook, Dr Lynn Chircop Faure qasmet ħsieb personali li ħareġ minn sitwazzjoni pjuttost komuni, iżda li wasslitha biex tirrifletti fuq in-nies li għandha madwarha.
“Illum kelli bżonn naqra żejt fil-magna,” kitbet, u minn din l-esperjenza għaddiet għal riflessjoni aktar profonda dwar kemm għandha mħabba madwarha u kemm hemm nies ġenwini f’ħajjitha.
Il-kliem tagħha juri apprezzament lejn dawk li jkunu preżenti b’mod sinċier, iżda fl-istess ħin ma taħrabx milli titkellem dwar dawk li, fil-fehma tagħha, jistgħu jkunu ipokriti jew indifferenti. Hi tagħmel referenza għall-frażi Ingliża li tgħid, "What doesn’t kill you makes you stronger."
Il-messaġġ ewlieni tal-kitba tagħha huwa wieħed sempliċi iżda qawwi: napprezzaw in-nies ġenwini li għandna madwarna, iżda ma nħallux l-ipokresija jew l-indifferenza ta’ ħaddieħor tkissirna.
Nawgurawlha ħafna saħħa!
Facebook/ Dr LYNN Chircop Faure