“Il-Passat Huwa L-Passat, Għalhekk Irridu Niffukaw Fuq Il-‘PREŻENT’.” – Ivan Grech Jirrifletti Fuq L-Importanza Li Nħarsu ’L Quddiem

Ivan Grach qasam riflessjoni profonda dwar il-vjaġġ tal-ħajja, it-tkabbir personali u l-importanza li wieħed jitgħallem dejjem aktar dwaru nnifsu.

Fi kliemu, minkejja kemm jgħaddi ż-żmien, il-bniedem jibqa’ jiskopri, jitgħallem u jiltaqa’ ma’ aspetti ġodda tiegħu nnifsu. Huwa jirrifletti wkoll fuq il-perjodi li matulhom inkunu ’l bogħod mill-għeruq u t-trobbija tagħna, hekk kif nerġgħu naffaċċjaw xi esperjenzi tal-passat li forsi kienu għadhom ħajjin fl-imħuħ ta' xi wħud.

Grach jisħaq, li ħafna drabi nfittxu tweġibiet u sinjali mingħand ħaddieħor jew madwarna, meta fil-verità għandna aktar inħarsu fil-fond fina nfusna.

Fl-aħħar mill-aħħar, huwa jfakkar fl-importanza tal-bilanċ u tas-saħħa biex naċċettaw dak li ma nistgħux nibdlu. Il-passat ma jistax jinbidel, għax kif jgħid il-Malti, 'l-arloġġ ma tistax treġġgħu lura' u għalhekk għandna niffukaw fuq il-preżent u fuq dak li għandna l-qawwa li nbiddlu, ħalli ċerti żbalji ma jiġux ripetuti.

“'IL QUDDIEM” hija d-direzzjoni li, skont Grach, għandna nħarsu u nimxu fuqha.

Ritratti:

Facebook/Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI