Twissija Mill-Awtorità Għas-Sigurtà Tal-Ikel – Tużawx Dan Il-Prodott Fil-Kċina!

L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel ħarġet avviż lill-pubbliku dwar kitchen ladle tal-marka Sunlux, wara li minn analiżi li saret instab li l-prodott jista’ jkun ta’ riskju għas-saħħa. Skont l-Awtorità, l-analiżi saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali tagħha u rriżulta li waqt l-użu tal-prodott jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ sustanzi magħrufa bħala Primary Aromatic Amines.

Dawn huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw minn oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel għal ġol-ikel innifsu u jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa. Għaldaqstant, il-pubbliku qed jiġi avżat biex ma jużax il-prodott ikkonċernat. Il-prodott huwa kitchen ladle tal-marka Sunlux, bl-EAN 8 058778 279786, bin-numru tal-artiklu 7827978 u bin-numru tal-lott 0824.

Dawk li għandhom dan il-prodott id-dar huma għalhekk imħeġġa jiċċekkjaw dawn id-dettalji u ma jużawhx.

Ritratti:

Facebook / DOI

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI