Kultant inkunu tant mgħaġġlin jew ikollna moħħna qed jaħseb f’elf ħaġa oħra, li nispiċċaw ma nindunawx bl-iktar affarijiet sempliċi. U propju hekk ġralha lil Mariella Pace Asciak, omm il-kantatn lokali Geo DeBono.
Mariella qasmet mument li żgur ħafna jistgħu jirrelataw miegħu. Marret timxi u kompliet bil-ġurnata tagħha mingħajr ma ndunat li kienet liebsa żarbuna ħamra fuq sieq u oħra blu fuq l-oħra.
Kien biss meta waslet fil-karozza li ndunat x’kien ġara. “Mort nimxi u malli wasalt fil-karozza indunajt li kelli żarbuna ħamra u l-oħra blu, min jaf kemm daħqu bija,” kitbet Mareilla b’mod umoristiku.
U forsi dak hu l-isbaħ parti minn dawn il-mumenti żgħar — dak il-ħin tistħi ftit, tidħak bik innifsek, u wara tispiċċa bi storja li żgur tiftakarha.
Għax ejja ngħiduha kif inhi… min minna qatt ma ħareġ mid-dar b’xi ħaġa mhux f’postha u nduna tard wisq?
Forsi mhux dejjem żewġ żraben differenti, imma lkoll għandna xi storja fejn il-ġenn tal-ħajja għamilna nagħmlu xi ħaġa li mbagħad dħakna biha.
Facebook/Mariella Pace Asciak