Illum, il-Prim Ministru Robert Abela żar lil Keziah, tfajla ta’ 15-il sena li tgħix bil-kundizzjoni tal-fibromyalgia, u taha sorpriża żgħira li ġabet magħha mument ta’ ferħ u attenzjoni.
Wara kundizzjoni li ħafna drabi ma tidhirx minn barra, hemm persuna, familja u realtà ta’ kuljum li mhux dejjem tinftiehem minn dawk ta’ madwarha. Għal tfajla ta’ 15-il sena, li jkollha tgħix b’kundizzjoni bħal din tista’ ġġib magħha sfidi li ħafna ma jarawhomx.
Kien proprju dan l-aspett uman li ġie enfasizzat permezz ta’ din iż-żjara: li wara kull kundizzjoni hemm storja u persuna li għandha bżonn tħossha mismugħa, mifhuma u appoġġjata.
Robert Abela saħaq, li b’aktar għarfien, taħriġ u għajnuna, is-soċjetà tista’ tkompli tkun ta’ spalla għal dawk li kuljum iġorru l-piż ta’ kundizzjonijiet li mhux dejjem jidhru, tant, li kultant, ġest żgħir ta’ attenzjoni jista’ jfisser ħafna għal min ikun għaddej minn sfida li ħaddieħor ma jkunX jista’ jaraha.
Facebook/Robert Abela