Melanie Kelly qasmet messaġġ sinċier u emozzjonanti dwar deċiżjoni personali li, minkejja l-uġigħ li ġabet magħha, taf li hija l-għażla t-tajba għaliha.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Melanie spjegat kif xi kultant it-tkabbir personali ma jkunx sabiħ jew faċli. Għall-kuntrarju, jista’ jkun proċess diffiċli u mimli emozzjonijiet, speċjalment meta wieħed ikollu jagħżel dak li jaf li hu tajjeb għalih, iżda xorta jaf li qalbu tkun qed tbati fis-skiet, tant li kitbet:“Għandi tbissima fuq wiċċi, imma llum qed nitkisser ftit minn ġewwa.”
Għaliha, l-aktar deċiżjonijiet diffiċli jistgħu jkunu proprju dawk li jmexxuna ’l quddiem u jwassluna għal ħajja aħjar. Barra minn hekk Melanie ammettiet ukoll, li għadha ma tafx eżattament fejn se jwassalha dan il-kapitlu l-ġdid. Madankollu, hemm ħaġa waħda li taf żgur: fil-fond ta’ qalbha tħoss li fl-aħħar qed timxi fid-direzzjoni t-tajba.
Dan il-messaġġ jurina li, għalkemm xi drabi l-bidla jaf ġġib l-uġigħ, iżda din tkun meħtieġa biex wieħed jikber, jimxi ’l quddiem u jibda kapitlu ġdid f’ħajtu.
Facebook/Melanie Kelly