“Omm Tal-Grazzja, Żomm Idejk Fuq Binti” – Omm Shazia Tħalli Qalbha F’Idejn Il-Madonna Qabel L-Aħbar Tant Mistennija

Omm Shazia li qed tgħaddi minn mument ta’ stennija u tama qiegħda ddur lejn il-Madonna tal-Grazzja billi titlobha minn qalbha, ħalli jekk Alla jrid, ir-riżultati jkunu fil-pożittiv.

Fil-fatt, permezz tal-paġna Shazia My Story, ommha, qasmet kliem emozzjonanti, hekk kif wasal il-mument tant mistenni biex jistennew ir-riżultati mill-Great Ormond Street Hospital and Charity. “Qalbi mimlija tama, talb u fiduċja,” kitbet l-omm, waqt li żvelat li din l-istennija tar-riżultati, se taħbat mal-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Għaliha, din il-kumbinazzjoni għandha tifsira speċjali. B’qalb ta’ omm, hija għamlet talba sempliċi iżda profonda: li l-Madonna żżomm idejha fuq bintha, tħarisha u tgħinhom jirċievu r-riżultati li tant qed jittamaw fihom.

It-tama tagħha hi li dik il-ġurnata ġġib magħha aħbar tajba, aħbar li tippermettilhom jiċċelebraw il-festa b’qalb mimlija ferħ u gratitudni għax kif jgħidu, jekk Alla jrid wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.

Aħna wkoll nawguralha biex tirċievi aħbar pożittiva, kif ukoll inżommuha f'talbna!

Ritratti:

Facebook/Shazia My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI