Xi Dwejjaq Meta Jkollok Taħsel Il-Platti U Tnaddaf, Imma Hemm Dwejjaq Ferm Akbar: Meta Ma Jkollokx Ikel Biex Tħammeġ Dawk Il-Platti

L-influencer Johan Mifsud qasam riflessjoni dwar kemm, kultant, nistgħu nkunu mdorrijin bil-kumditajiet li għandna li nispiċċaw ma napprezzawhomx aktar.

“Kważi konna aħjar meta ma kellniex tliet kwarti mill-ġid kollu li għandna,” kiteb Mifsud, filwaqt li jirrifletti dwar kif ħafna affarijiet fil-ħajja sirna nqisuhom bħala xi ħaġa ovvja jew inkella nieħduhom bla ma nagħtu kas kemm ħaddieħor irid ibati biex ikollu.

Platt mimli ikel, kċina li fiha nsajru, dar fejn nerġgħu lura lejha u affarijiet li darba kienu lussu, illum saru parti mir-rutina tagħna, u forsi proprju għalhekk, xi kultant ma nindunawx kemm aħna xxurtjati.

Il-ħajja tista’ ġġiegħelna niġru wara dak li għad m’għandniex, tant li ninsew nieqfu napprezzaw dak li diġà għandna. Forsi l-mistoqsija mhijiex kemm għandna, imma kemm verament napprezzaw dak li għandna. Għax wara kollox, anke l-platti maħmuġin jistgħu jkunu sinjal ta’ barka.

Ritratti:

Facebook/Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI