“Ma Nistax Ma Niqafx U Nikteb Dan Il-Kliem… X’Qed Jiġri, O Madonna? Ħlief Mewt Ma Tismax” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero

Ilkoll naqblu li ma' kull aħbar traġika li qed nisimgħu kull ma jmur, inħossu qalbna sewda. Tieħu qatgħa u tgħid, x'reġa' ġara? Tħoss id-dieqa għall-persuni li jkunu qed iġarbu xi telfa kiefra, avolja qatt ma tista' tħoss dak li qed iħossu eżattament.

Il-preżentatur Ivan Gaffiero esprima d-dieqa li jħoss meta jisma' tant ġrajjiet kefrin ta' persuni jmutu. Mill-qalb joħroġ talba lill-Madonna biex tkun mal-batut f'dal-mumenti koroh.

"Ma nistax ma nieqafx u nikteb dan il-kliem… X’qed jiġri, O Madonna? Ħlief mewt ma tismax, b’mod speċjali ta’ nies żgħar fl-età. Ħlief mard fuq nies li għandhom qalb tad-deheb. Ħlief niket, tbatija u wġigħ… X’qed jiġri? Għaliex qed ngħixu tant affarijiet li jġibu magħhom ansjetà, biża’ u inkwiet?"

B'ton ta' dieqa Ivan ikompli, "O Madonna, kun ma’ kull persuna li f’dan il-mument għaddejja minn xi tbatija. Kun qrib tagħhom, agħtihom il-kuraġġ, is-saħħa u t-tama biex jibqgħu jħarsu ’l quddiem. Żomm idejhom f’dawn il-mumenti diffiċli u ħallihom iħossu li mhumiex waħedhom. O Madonna, ħares fuqna lkoll u fuq dawk kollha li għandhom bżonn il-faraġ u l-protezzjoni tiegħek."

F'talbna u ħsibijietna dawk kollha li għandhom bżonn bħalissa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI