Il-paġna lokali It-Temp Madwarna tkellmu dwar blokka silġ kbira li għamlet ħsara kbira wara li nqatgħet mill-muntanji, fejn bosta min-nies tilfu ħajjithom.
Huma kitbu, “Massa kbira t’ilma u tajn tiknes villaġġi sħaħ u tħalli mijiet ta’ nies mejta u ferm iżjed nieqsa, wara li blokka silġ kbira (glacier) nqatgħet mill-muntanji tal-Himalayas u niżlet fix-xmara li kienet madwar kilometru taħt.”
Skont l-aħħar rapporti internazzjonali, id-diżastru seħħ l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu qrib il-fruntiera bejn in-Nepal u t-Tibet. Parti minn glaċier iġġarfet u massa enormi ta’ silġ, blat u materjal ieħor niżlu lejn il-wied, u wasslu għal għargħar qawwi li kaxkar kulma sab quddiemu.
Sal-Ħamis, Reuters irrapportat li mill-inqas 359 persuna kienu tilfu ħajjithom, filwaqt li aktar minn 1,000 oħra kienu għadhom irrappurtati nieqsa fin-Nepal u fiċ-Ċina. Fost dawk li għadhom ma nstabux hemm ukoll mijiet ta’ barranin li kienu fiż-żona bħala turisti.