“Il-Parroċċa San Ġużepp Tal-Kalkara B’Sogħba Tħabbar Li Għadda Għall-Ħajja Ta’ Dejjem Mons. Lawrenz Zammit”

Mons. Zammit

Il-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara ħabbret b’sogħba l-mewt ta’ Mons. Lawrenz Zammit, li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 75 sena.

Mons. Zammit kien ex-Kappillan maħbub u ħabrieki tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara, fejn serva b’dedikazzjoni bejn l-1990 u l-1997.

Matul is-snin tiegħu bħala kappillan, ħalla warajh memorji sbieħ u kontribut importanti fil-ħajja tal-komunità Kalkariża.

Fuq il-paġna tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara, intbagħtu wkoll il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu, filwaqt li l-parruċċani ġew imħeġġa jiftakruh fit-talb u fil-ġid kbir li wettaq, speċjalment fi ħdan il-parroċċa.

Il-komunità Kalkariża tibqa’ tgħożż il-memorja tiegħu u s-servizz li ta b’għożża u impenn.

Strieħ fis-sliem Mons. Zammit.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI